Diversi oggetti mahduma minn-pazjenti waqt is-sessjonijiet tal-Occupational Therapy fl-isptar Monte Karmeli inbieghu pratikament mal-ewwel siegha tal-fiera tal-Milied li qed issir fl-Isptar.
L-ewwel ma nhatfu (litteralment) kienu il-presepju mahduma b'tant reqqa.
Il-fiera tibqa ghaddeja sa ghada l-Hadd 4 ta' Dicembru 2010.
Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`
Merħba
Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.
Saturday, December 4, 2010
Friday, December 3, 2010
Illejla tibda l-fiera tal-Milied fl-Isptar Monte Karmeli
Illejla tinfetah ufficjalment il-fiera tal-Milied fl-isptar Monte Karmeli. Din il-fiera annwali, organizzata mill-Friends of Mt. Carmel Hospital Society flimkien mad-Dipartiment tal-Occupational Therapy tal-istess sptar, se tibqa ghaddejja sal-Hadd 5 ta' Dicembru.
Ikun hemm diversi attrazzjonijiet u attivitajiet bhall face painting ghat tfal, esebizzjoni ta' presepji, ikel tal-Milied u diversi oggetti ghall-bejh.
Il-Hadd, bejn id-9 ta filghodu u l-5 ta filghaxija ikun hemm ukoll numru ta karozzi antiki ghall-wiri. Dan qieghed isir flimkien mal-Old Motors Club.

Labels:
christmas,
mount carmel hospital
Tuesday, November 30, 2010
IMNIEDI L-MASCOT IL-ĠDID TAL-ISPTAR MONTE KARMELI
“Zafferina” impinġi minn Lucia Calleja ġie magħżul bħala l-mascot il-ġdid tal-Isptar Monte Karmeli. Din l-għażla ġiet imħabbra llum waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie spjegat li l-kompetizzjoni kienet miftuħa għall-istudenti kollha tal-iskejjel differenti.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea qal li dan kien pass ieħor li permezz tiegħu ħeġġiġna s-soċjetà titkellem dwar is-saħħa mentali. Fil-fatt, il-parteċipanti riedu li l-ewwel jifhmu l-ħidma li ssir fl-isptar biex ikunu jistgħu joħolqu mascot li jirrelata.
L-Onor. Galea rringrazzja lill-istudenti li wrew interess u li pparteċipaw. Hu qal li issa l-mascot se jsir f’forma diġitali sabiex ikun jista’ jintuża fil-publikazzjonijiet varji tal-isptar. Se jsir ukoll kostum tal-mascot sabiex ikun jista’ jiġi użat fl-iskejjel u attivitajiet oħra waqt kampanji edukattivi.
Qiegħed jiġi mħejji wkoll dokumentarju qasir li se jintuża bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni dwar is-saħħa mentali u l-ħidma tal-Isptar Monte Karmeli.
Is-Sinjorina Calleja ġiet ippreżentata b’laptop minn rappreżentant tal-Bank Of Valletta.
Il-bord tal-għażla kien immexxi minn Trevor Zahra.
Labels:
bank of valletta,
is-sahha,
malta,
mario galea,
mascot,
mount carmel hospital,
segretarjat
Sunday, November 28, 2010
Investiment fit-Tahrig
Ġie organizzat ‘seminar’ għal Kapijiet tas-Servizzi fil-Komunita` biex tkun definita l-missjoni bħala għodda strateġika, tiġbor is-servizzi kollha flimkien u tiffoka fuq il-kunċett ta’ kultura organizzata u ta’ valuri.
Minbarra dan, is-Segretarjat għall-Anzjani flimkien mad-Dipartiment tal-Anzjani komplew jorganizzaw b’suċċess żewġ korsijiet oħra intenzjonati għal persuni li jridu jagħmlu kors li jwassalhom għaċ-Ċertifikat ta’ Care Assistants.
Il-Kumitat li ħadem fuq is-swali tad-Dimensja offra wkoll programm ta’ taħriġ għall-istaff li kien interresat jaħdem f’dawn l-istess swali. F’dan il-kors ġew introdotti sistemi ġodda ta’ kura li tista’ tingħata lill-pazjenti.
Beda jiġi organizzat kors dwar id-dimensja għall-care workers li jaħdmu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern. Il-care workers qed jingħataw l-opportunita` li jsegwu dan il-kors sabiex jiżviluppaw aħjar il-ħiliet tagħhom. B’hekk ikunu jistgħu jtejbu l-prattiċi ta’ kif jieħdu ħsieb persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni.

anzjani,
dementia,
dipartiment tal-anzjani,
is-sahha,
segretarjat,
tahrig
Friday, November 26, 2010
DIMENZJA: MALTA GĦANDHA SSERVI TA’ EŻEMPJU GĦALL-PAJJIŻI EWROPEJ
“Malta għandha sservi ta’ eżempju għall-kumplament tal-pajjiżi Ewropej fil-ħidma eċċezzjonali li qed tagħmel dwar id-dimenzja”.
Hekk stqarr, Jean Georges, Direttur Eżekuttiv ta’ Alzheimer Europe waqt l-konferenza “Improving the Quality of life of people with Dementia: A challenge for European Society”, li intemmet ftit tal-ħin ilu fi Brussell.
Matul il-konferenza, li kienet organizzata mill-Presidenza Ewropea Belġjana, ġew ippreżentati diversi rapporti dwar il-ħidma fil-qasam tad-dimenzja mill-pajjiżi Ewropej.
Waqt l-indirizz tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ Mario Galea li kien wiehed mill-kelliema ewlenin fis-sessjoni plenarja ta’ tagħrif dwar x’inhi tagħmel Malta fil-qasam ta’ dimenzja. Fl-istess diskors l-Onor Galea enfasizza l-bżonn għal-aktar taħriġ fil-qasam kif ukoll li titqajjem aktar kuxjenza dwar il-kundizzjoni tad-dimenzja. Fost l-oħrajn semma s-swali l-ġodda għad-dimenzja li nbnew f’dawn l-aħħar sentejn fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Il-ħidma li qed issir f’pajjiżna ġiet rikonoxxuta u mfaħħra minn diversi rappreżentanti ta’ pajjiżi Ewropej waqt l-interventi differenti li saru. Is-Segretarju Parlamentari Galea, li kien fil-panel ta diskussjonijiet dwar il-messaġġ u ħidma prinċipali li għandhom jingħataw u jsiru, stqarr li huwa d-dover ta’ kull pajjiż li jservi ta’ vuċi għal dawk li m’għandhomx.
Ic-Chairman tal-Konferenza Michael Rogers qal li dak li sar f’Malta għall-pazjenti bid-dimenzja għandu jservi ta’ ispirazzjoni għall-pajjiżi oħra Ewropej.

dimensja,
ewropa,
malta,
mario galea,
segretarjat
TRASFERIMENT TAS-SEZZJONI TAL-KONTRIBUZZJONIJIET
L-Amministrazzjoni tad-Dipartiment tal-Anzjani tixtieq tavża li b’seħħ minn nhar l-Erbgħa 1 ta’ Diċembru 2010, is-Sezzjoni tal-Kontribuzzjonijiet fi ħdan id-Dipartiment mhix se tibqa’ topera mill-Uffiċċju attwali, jiġifieri dak ta’ 469, Triq il-Kbira San Ġużepp, Sta.Venera.
Minflok, dawn is-servizzi, issa se jkunu qed jingħataw mill-bini fejn hemm is-Sezzjoni tat-Telecare, is-sular ta’ mat-triq, Triq Fleur de Lys, Birkirkara.
In-numru l-ġdid tat-telefon tas-Sezzjoni tal-Kontribuzzjonijiet issa huwa: 2148 3603.
L-Amministrazzjoni tad-Dipartiment tal-Anzjani ġentilment titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku waqt li tiskuża ruħha għal kwalunkwe inkonvenjent.

Thursday, November 25, 2010
Inawgurata statwa tal-Papa Gwanni Pawlu II fir-Residenza San Vincenz De Paul
Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona illum inawgura statwa tal-Papa Ġwanni Pawlu II fid-daħla tal-Blokk Ġwanni Pawlu II fir-Residenza San Vinċenz De Paul. L-istatwa ġiet inawgurata wara quddiesa li saret fl-imsemmi blokk, li kienet animata minn band iffurmata minn impjegati tar-residenza u li għaliha attendew diversi residenti u familjari tagħhom.
L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, l-Onor Peter Micallef, laqgħa lill-Monsinjur Arċisqof u spjegalu l-ħidma li ssir fil-blokk.
Il-Blokk Ġwanni Pawlu II, li ġie inawgurat f’Mejju ta din is-sena, huwa attrezzat apposta għall persuni li jbagħtu bid-dimensja u fiħ jilqa 144 resident.
L-istatwa hija xogħol is-Sur Michael Bonnici li jaħdem mal-anzjani fl-istess Blokk.
Subscribe to:
Posts (Atom)