Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Showing posts with label jum l-anzjan. Show all posts
Showing posts with label jum l-anzjan. Show all posts

Thursday, October 7, 2010

1,400 ANZJAN JATTENDU Ċ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM


  1,400 anzjan jattendu 17-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li hawn imqassma madwar pajjiżna. Filwaqt li wieħed ma jistax ma jinnutax is-suċċess li dawn iċ-ċentri kisbu matul is-snin huwa tajjeb ukoll li naraw li dan in-numru qiegħed ikompli jiżdied minn sena għal oħra.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor Mario Galea waqt attivita’ li s-Segretarjat organizza għall-anzjani kollha li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. L-Onor. Galea saħaq dwar l-importanza li l-anzjani jibqgħu attivi fil-komunita’ fejn jgħixu.


Fiċ-ċentri ta’ matul il-jum, apparti li jiltaqgħu ma’ ħaddieħor, l-anzjani jipparteċipaw f’diversi attivitajiet, fosthom ħjata, sports, żfin, kant u drama. Fl-istess ċentri jingħataw ukoll servizzi ta’ fiżjoterapjia, podoloġija u occupational therapy.

Fost oħrajn jiġi wkoll organizzat programm ta’ mixi li jippermetti lill-anzjani biex jagħmlu eżerċizzju flimkien.

Din l-attivita’, li kienet imqassma fuq jumejn, saret bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum L-Anzjan u ttellet fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul.


Friday, October 1, 2010

62,961 IKLA JITWASSLU FID-DJAR TAL-ANZJANI


Fl-okkażjoni tal-jum ddedikat għall-anzjani, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ l-Onor. Mario Galea wassal ikla mis-servizz Meals on Wheels lis-Sinjura Maryanne Meilaq li ilha tuża s-servizz għal numru ta’ snin.


L-Onor Galea qal li dan is-servizz huwa ta’ għajnuna kbira għall-anzjani li jgħixu fil-komunita’, peress li jevita x-xogħol, il-preparamenti u kultant perikli relatati mat-tisjir. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ikel kollu jissajjar mill-kokien professjonali mpjegati tar-Residenza San Vinċenz De Paul, filwaqt li jitwassal fid-djar tal-anzjani mill-Maltese Cross Corps.

Is-Sinjura Meilaq spjegat kif is-servizz tal-Meals on Wheels jgħina wkoll tibqa’ attiva fis-soċjeta’. Hi qalet li flok toqgħod taħseb x’se ssajjar, tmur tixtri l-ingredjenti u ssajjar qed tirċievi ikel tajjeb fid-dar tagħha, filwaqt li jkollha aktar ħin biex tattendi laqgħat jew attivitajiet varji.

Is-Sinjura Meilaq irrimarkat li minkejja li ilha snin tuża s-servizz tal-Meals on Wheels, din kienet l-ewwel darba li kellha l-opprtunita’ li tiltaqa’ mal-kokien li jsajru l-ikel tagħha.

In-numru ta’ anzjani li qegħdin jagħmlu użu mis-servizz qiegħed dejjem jiżdied. Fil-fatt, filwaqt li matul l-2009 tqassmu 76,607 ikla, matul din is-sena (sal-lum) tqassmu 55,297 ikla. Dan ifisser żieda ta’ 7,664 ikla fuq l-istess perijodu tas-sena li għaddiet.

Dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizz illum ingħataw ukoll hamper żgħir fl-okkażjoni ta’ Jum L-Anzjani.