L-Onor Galea qal li dan is-servizz huwa ta’ għajnuna kbira għall-anzjani li jgħixu fil-komunita’, peress li jevita x-xogħol, il-preparamenti u kultant perikli relatati mat-tisjir. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ikel kollu jissajjar mill-kokien professjonali mpjegati tar-Residenza San Vinċenz De Paul, filwaqt li jitwassal fid-djar tal-anzjani mill-Maltese Cross Corps.
Is-Sinjura Meilaq spjegat kif is-servizz tal-Meals on Wheels jgħina wkoll tibqa’ attiva fis-soċjeta’. Hi qalet li flok toqgħod taħseb x’se ssajjar, tmur tixtri l-ingredjenti u ssajjar qed tirċievi ikel tajjeb fid-dar tagħha, filwaqt li jkollha aktar ħin biex tattendi laqgħat jew attivitajiet varji.
Is-Sinjura Meilaq irrimarkat li minkejja li ilha snin tuża s-servizz tal-Meals on Wheels, din kienet l-ewwel darba li kellha l-opprtunita’ li tiltaqa’ mal-kokien li jsajru l-ikel tagħha.
In-numru ta’ anzjani li qegħdin jagħmlu użu mis-servizz qiegħed dejjem jiżdied. Fil-fatt, filwaqt li matul l-2009 tqassmu 76,607 ikla, matul din is-sena (sal-lum) tqassmu 55,297 ikla. Dan ifisser żieda ta’ 7,664 ikla fuq l-istess perijodu tas-sena li għaddiet.
Dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizz illum ingħataw ukoll hamper żgħir fl-okkażjoni ta’ Jum L-Anzjani.
No comments:
Post a Comment