Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Thursday, October 14, 2010

Ahbarijiet mir-Residenza San Vincenz De Paul


Inbeda proċess sabiex tissaħħaħ l-identita` ta’ din ir-residenza. Dan jinkludi logo ġdid, motto u diversi inizjattivi fost il-ħaddiema, residenti u familjari tar-residenti. Se jiġu mwaqqfa żewġ kumitati oħra, jiġifieri dak għar-Residenti, kif ukoll dak għal qraba tal-istess residenti.

Dawn il-kumitati se jitwaqqfu sabiex il-leħen tar-residenti kif ukoll tal-qraba jiġi mogħti iktar importanza, u b’hekk ir-residenti u l-qraba tagħhom iħossuhom iktar parteċipi fid-deċiżjonijiet li jkunu jikkonċernaw lilhom.

No comments:

Post a Comment