Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Friday, October 29, 2010

AKTAR MINN 5,000 PERSUNA JITOLBU INFORMAZZJONI WAQT KAMPANJA TA’ GĦARFIEN MNEDIJA MILL-ISPTAR MONTE KARMELI

Ftit aktar minn 5,000 persuna talbu informazzjoni waqt kampanja ta’ għarfien dwar is-saħħa mentali organizzata mill-isptar Monte Karmeli. Il-kampanja, li ġiet organizzata fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lis-saħħa mentali, involviet numru ta’ professjonisti tal-isptar li ltaqgħu mal-pubbliku f’diversi stands f’postijiet differenti.


Dan sar fi sforz biex il-pubbliku jkun mgħarraf aktar dwar il-problemi ta’ saħħa mentali, imma wkoll biex titwassal informazzjoni dwar il-postijiet li minnhom wieħed jista’ jirċievi l-kura relatata.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea, li huwa responsabbli minn dan is-settur, irringrazzja lill-professjonisti kollha li taw sehemhom f’din il-kampanja, filwaqt li jinnota b’sodisfazzjon l-interess li wera l-pubbliku.

L-Onor. Galea qal li dan kollu jikkumplimenta l-istrateġija tal-Gvern li twassal is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Matul din l-aħħar sena komplew jiżdiedu dawn is-servizzi li issa qed jingħataw fi kważi 30 lokalità differenti.

No comments:

Post a Comment