Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Friday, October 15, 2010

JINGĦATA L-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2010

Is-Sur John Debono, voluntier fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, huwa r-rebbieħ tal-Premju Anzjan tas-Sena 2010. Hu ġie ppreżentat b’dan il-premju waqt serata li saret fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz tal-President il-Belt Valletta.

Din kienet is-17-il edizzjoni tal-Premju u għalih kien hemm 25 nominazzjoni ta’ anzjani li jagħmlu xogħlijiet varji, prinċipalment fil-volontarjat f’pajjiżna.

Is-Sur Debono, li għandu 67 sena, ġie ppreżentat bi premju tal-ħġieġ fil-forma ta’ ktieb, li jissimbolizza l-esperjenza li l-anzjani iġorru magħhom. Il-premju, li nħadem apposta għal din l-edizzjoni, ġie maħdum mis-Sur Jean Paul Chetcuti.

Il-Bord tal-Għażla kien magħmul mill-Professur Mario Vassallo bħala Chairperson, u l-membri s-Sur Publius Abdilla, Brother Martin Borg, is-Sinjura Valerie Ferriggi, is-Sinjura Lilian Miceli Farrugia, is-Sinjura Josephine Mifsud u s-Sur Trevor Zahra. Is-Segretarja tal-Bord kienet is-Sinjorina Catherine Brincat.

Il-Premju Anzjan tas-Sena huwa organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.

No comments:

Post a Comment