Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Tuesday, October 5, 2010

TGĦALLEM AKTAR, ITTIMBRA INQAS


Fl-okkazjoni tal-Jum dedikat għas-saħħa mentali, li se jiġi ċċelebrat il-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2010, diversi professjonisti mill-isptar Monte Karmeli se jkunu qed jiltaqgħu mal-pubbliku sabiex titwassal aktar informazzjon dwar is-saħħa mentali.

 
Bit-tema “Tgħallem Aktar, Ittimbra Inqas”, din il-kampanja ta’ informazzjoni se tibda nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ottubru 2010 u tibqa’ sejra sal-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2010.

 
Matul is-snin, l-Isptar Monte Karmeli, permezz ta’ professjonisti varji, kiseb u uża esperjenza li issa qed tintuża wkoll barra mill-isptar, fil-komunita’. Dan issarraf f’eluf ta’ persuni li qed jingħataw il-kura li għandhom bżonn fl-istess, jew qrib, komunita’ li huma jgħixu fiha.

 
L-isptar huwa wkoll kommess li jara li l-istigma li taffettwa l-dan is-settur tkompli titnaqqas; u li tingħata informazzjoni f’waqta u ta' min joqgħod fuqha huwa l-aktar mezz effikaċi.

 
Għalhekk, il-professjonisti tal-Isptar Monte Karmeli se jkunu f’dawn il-postijiet li ġejjin, biex jagħtu informazzjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-pubbliku:

 
  • 7 u 8 ta' Ottubru bejn it-8:00am u l-5pm - Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’, Merchants Street, il-Belt Valletta
  • 7 u 8 ta' Ottubru bejn id-9am u is-7pm u 9 ta' Ottubru bejn id-9am u is- 1pm – Pjazza Assedju l-Kbir (faċċata tal-Qorti), il-Belt Valletta
  • 8 u 9 ta' Ottubru bejn l-10:00am u 7:30pm – The Point, Tigne’, Tas-Sliema
  • 9 u 10 ta'Ottubru bejn l-10am u 8pm – Baystreet, Paceville.
  • 6, 7, 8, 9, 10 ta' Ottubru - Qabel il-kunċert ta’ Voices, f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, fil- Belt Valletta.
  • 9 ta' Ottubru bejn it-3pm u l-10pm u l-10 ta' Ottubru bejn 9am u 10pm - fil-Fiera tal-Hut Tropikali, fl-Isptar Monte Karmeli.

No comments:

Post a Comment