Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Sunday, October 10, 2010

Meta l’Omm tinsa x’jismgħu binha - artiklu li deher fil-gurnal In-Nazzjon illum

Illum huma ħafna dawk li huma familjari mal-kundizzjoni tad-dimensja. Min għax iltaqa ma din il-kundizzjoni b’mod dirett jew indirett, jew inkella għax sema dwarha.


Ma għandniex inmorru xi snin kbar il-bogħod biex insibu żmien li fiħ meta persuna tibda tinsa l-ismijiet tal-familjari jew saħansitra fejn toqgħod, kienet titqies bħala persuna bi problemi ta’ saħħa mentali. Illum li għandna aktar informazzjoni, nafu li din hija kundizzjoni li taf tibdillek ħajtek, u ħajjet dawk l-aktar qrib tiegħek.

Mhix faċli li tgħix ma persuna li għandha d-dimensja. Smajna b’każijiet fejn il-mara attakkat ir-raġel tagħha għax ma għarfitux, u ħasbitu ħalliel u qed nassisstu għall-perplessita ta’ tfal li ma jistgħux jifmu għalfejn in-nannu ma jiftakarx x’jisimhom.

Veru, dawn huma każijiet estremi. Iżda niżbaljaw jekk naħsbu li din mhix realta għall-numru dejjem jikber ta familji.

Għajnuna bl-edukazzjoni

Ma qadniex inħarsu. Ħadna azzjoni. L-edukazzjoni hija l-aqwa arma kontra kundizzjoni li għaliha, sa issa, ma hemmx fejqan.

Ħarriġna numru kbir ta’ impjegati li jaħdmu fil-qrib mal-anzjani u wassalna informazzjoni li qed tippermettiklhom jifmu aħjar persuna li jkollha d-dimensja. Dan jirriżulta wkoll f’servizz ta’ kura aħjar.

Ġiena l-ħsieb li nippubblikaw ukoll ktejjeb bi storja qasira għat-tfal. Bis-saħħa tal-pinna ta’ Trevor Zahra ippubblikajna “In-Nannu nesa’ X’jisimni” u kien suċċess minnufiħ. Qassamna l-ktieb lit-tfal kollha li jattendu il-ħames sena fl-iskejjel primarji, u hemm skejjel li llum qed jużawħ bħala textbook biex permezz tal-lingwaġġ adattat iwassal fatti dwar id-dimensja.

Ħadna ħsieb biex flimkien mal-Malta Dementia Society inwaqqfu helpline (22081826) biex nghinu lill-familjari ta min għandu d-dimensja jiksbu aktar informazzjoni u pariri dwar x’jistgħu jagħmlu biex jiffaċċjaw is-sitwazzjoni

L-ewwel ċentru u swali attrezzati għad-dimesja f’pajjiżna

Ħadna wkoll l-ewwel pass. Għamilna investiment konsiderevoli biex aħna inkunu tal-ewwel li ngħatu eżempju. L-ewwel twaqqaf dak li jissejjaħ Activity Centre, fejn ta kuljum, persuni li jgħixu fil-komunita u familjari tagħhom jistgħu jmorru biex jirċievu terapija u għajnuna.

Investejna kważi 11-il miljun ewro biex ittrasformajna blokk antik fi blokk ferm u ferm modern, komdu u attrezzat għal persuni bid-dimensja. Dan il-blokk, li jinsab fir-Residenza San Vinċenz De Paul huwa mgħammar b’kollox. Minn bibien kuluriti, sa ritratti u ismijiet tar-residenti mal-bibien – miżuri intiżi biex l-anzjani isibu triqithom fir-residenza.

Bi pjaċir ngħid li qed naraw progress fil-pazjenti li ġew traferiti f’dawn is-swali.

Dan kollu jirrikjedi investiment kontinwu. Fil-fatt, il-Gvern jinvesti 1.7 miljun ewro fis-sena, f’kura għad dimensja, biex dan kollu jista jseħħ.


Investiment fil-politika

Waħda mill-ewwel deċiżjoniiet li ħadt kienet dik li kull dar għall-anzjani li tiftaħ trid tkun dementia friendly – iġifieri irid ikollha ambjent li jkun adattat għall-dawk l-anzjani li jkollhom id-dimensja.

B’mod kontinwu qed inħarsu lejn l-aħħar żvilpuppi li jsiru fil-qasamm filwaqt li nananlizzaw ir-riċerka li qed issir kemm lokalment u anke internazzjonalment.

Nifmu li huwa importanti lit kun aġġornat, għax b’hekk tista dejjem ittejjeb is-servizzi offruti. Kien għalekk ukoll li għaqqadna grupp ta esperti fil-qasam, biex infasslu l-istrateġija nazzjonali dwar id-dimensja.


Investiment fik

Ir-riċerka turina li ma nistgħux infejqu persuni li għandhom id-dimensja. Iżda sakemm isiru aktar żviluppi, aħna kommessi li noffri l-aħjar servizz possibbli. Dan qed nagħmluħ ukoll billi, bl-inizjattivi varji li ħadna u qed nieħdu, inkunu aħna li nagħtu eżempju u nkunu minn tal-ewwel li nieħru azzjoni f’dan il-qasam tant delikat.

Nemmnu li meta nagħmlu l-ewwel pass inkunu qed inħeġġu l-popolazzjoni tkun aktar konxja minn din il-kundizzjoni, biex naslu f’punt fejn kulħadd ikun magħrraf sabiex flimkien noffru dinja aħjar lill min qiegħed jinsa d-dinja ta madwaru.

Aħna l-ewwel pass għamilniħ. Nistiednek tingħaqad magħna, u taqra u tifhem x’inhi id-dimensja, għas, sa issa, b’hekk biss tista tirbħilha.

Mario Galea
Segretarju Parlamentari

No comments:

Post a Comment