1,400 anzjan jattendu 17-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li hawn imqassma madwar pajjiżna. Filwaqt li wieħed ma jistax ma jinnutax is-suċċess li dawn iċ-ċentri kisbu matul is-snin huwa tajjeb ukoll li naraw li dan in-numru qiegħed ikompli jiżdied minn sena għal oħra.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor Mario Galea waqt attivita’ li s-Segretarjat organizza għall-anzjani kollha li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. L-Onor. Galea saħaq dwar l-importanza li l-anzjani jibqgħu attivi fil-komunita’ fejn jgħixu.
Fiċ-ċentri ta’ matul il-jum, apparti li jiltaqgħu ma’ ħaddieħor, l-anzjani jipparteċipaw f’diversi attivitajiet, fosthom ħjata, sports, żfin, kant u drama. Fl-istess ċentri jingħataw ukoll servizzi ta’ fiżjoterapjia, podoloġija u occupational therapy.
Fost oħrajn jiġi wkoll organizzat programm ta’ mixi li jippermetti lill-anzjani biex jagħmlu eżerċizzju flimkien.
Din l-attivita’, li kienet imqassma fuq jumejn, saret bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum L-Anzjan u ttellet fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul.
No comments:
Post a Comment