Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Tuesday, August 31, 2010

KORS TA’ CARE ASSISTANT FIL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` flimkien mal-Isptar Monte Karmeli qiegħed jistieden lil min hu interessat sabiex japplika għall-kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jwassal għal ċertifikat ta’ Care Assistant fil-qasam tas-Saħħa Mentali.

Dan il-Kors ta’ erba’ xhur full time se jibda fil-11 ta’ Ottubru 2010. It-taħriġ teoretiku u prattiku jsir mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

L-applikazzjonijiet iridu jaslu personalment minn nhar it-Tnejn, 6 ta’ Settembru 2010 sal-Ħamis, 16 ta’ Settembru 2010 bejn id-9.00 a.m. u l-12.00 p.m. fis-sezzjoni tal-Accounts, Sptar Monte Karmeli, Ħ’Attard.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru minn Nurse Education Unit fl-Isptar Monte Karmeli.

Importanti li ma’ kull applikazzjoni wieħed jinkludi Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi. Irid isir ukoll pagament ta’ €75 li jingħata lura jekk il-persuna ma tintgħażilx biex issegwi l-kors. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel fuq: 2330 4246 / 2330 4247 / 2330 4248.

Dan huwa l-ewwel kors ta’ din ix-xorta, u qiegħed isir sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi fil-qasam tas-saħħa mentali f’pajjiżna.

Thursday, August 19, 2010

INNOMINA ANZJAN GĦALL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2010

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità javza lill-pubbliku in ġenerali kif ukoll lill-għaqdiet u organizzazzjonijiet li n-nominazzjonijiet għall-Premju Anzjan tas-Sena 2010 se jibqgħu jintlaqgħu sa nofsinhar tat-13 ta’ Settembu 2010.

Ta kull sena, is-Segretarjat jonora lil anzjan/a b’dan il-Premju b’sinjal ta’ apprezzamet għall-ħidma li tkun twettqet mill-istess anzjan/a.

Is-serata finali se ssir taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta, fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru 2010.

Il-formola għan-nominazzjonijiet tista’ tinkiseb mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita`, Ċentru Ħidma Soċjali, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera (tel. 2279 9440) u mid-Dipartiment għall-Anzjani, Pjazza San Franġisk, Rabat Għawdex (tel. 21565248), kif ukoll on-line minn:

https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/elderly/premju_anzjan.aspx

Tuesday, August 17, 2010

Imniedi l-Premju Anzjan tas-Sena 2010

Illum bdiet it-tfittxija għall-anzjan tas-sena 2010. Waqt it-tnedija tal-Premju Anzjan tas-Sena s- Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, l-Onor Mario Galea, qal li fi ħdan is-soċjeta` tagħna hawn eluf ta’ anzjani li huma msemmija għall-ħidma siewja li wettqu u għadhom qed iwettqu f’diversi lokalitajiet.

L-Onor Galea stieden lill-pubbliku in ġenerali, lill-Kunsilli Lokali u lill-għaqdiet differenti biex jinnominaw lill xi anzjan / anzjana għal dan il-premju presitiġjuż li ta’ kull sena jgħinna napprezzaw aħjar il-ħidma li l-anzjani jwettqu fis-skiet.

Illum f’Malta hawn ‘il fuq minn 95,000 persuna li għandhom aktar minn 60 sena u minn dawn huma ħafna dawk li jiddeċiedu li jibqgħu attivi b’xi mod, bħal fis-settur tal-volontarjat jew anke permezz tax-xogħol.

Is-Segretarju Parlamentari semma l-bidla fil-mod li bih inħarsu lejn l-anzjani. Din id-differenza tidher ukoll fid-diversi attivitajiet u opportunitajiet li jinħolqu għall-anzjani, bħal sports days għall-anzjani, tagħlim tal-kompjuter u saħansitra fitness room f’day centre għall-anzjani.

“Kull anzjan għandu l-istorja tiegħu. L-aqwa li l-lezzjoni tal-ħajja teħodha mill-esperjenza tal-ħajja. Kull anzjan ta konribut lil pajjiżna biex ix-xogħol tiegħu ħalla l-marka tiegħu fuq pajjiżna. Kull soċjeta` għandha l-valuri tagħha, u dawn ġejjin minn missirijietna. Kull ħaġa li għandna madwarna hija frott il-ħidma tal-anzjani tal-lum.

Għalhekk, il-Premju Anzjan tas-Sena għandu jservi ta’ ringrazzjament ġenerali”, temm jgħid l-Onor Galea.

In-nominazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-13 ta’ Settembru 2010 fejn imbagħad il-bord tal-għażla jeżamina kull nominazzjoni sakemm finalment jintagħżel ir-rebbieħ. Is-Serata finali se ssir taħt ilpatronċinju tal- E.T. il-President ta’ Malta, fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru 2010.

Il-formoli tan-nominazzjonijiet jistgħu jinkisbu mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita`, Ċentru Ħidma Soċjali Triq il-Kbira, San Ġużepp (tel. 2279 9440) u mid-Dipartiment għall-Anzjani, Pjazza San Franġisk, Rabat Għawdex (tel. 21565248).

- Formola Ghan Nominazzjon Anzjan tas-Sena 2010

Monday, August 16, 2010

Funeral Statali tal-President Emeritus Prof Guido de Marco


Programm


It-Tnejn 16 ta’ Awwissu 2010


9.00a.m. – 12 noon - Prof Guido de Marco jkun espost għat-tislim tal-pubbliku fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta

9.30a.m. – Il-Prim Ministru jagħti l-aħħar tislima lill-President Emeritus Guido de Marco fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta

10.30a.m. - L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti jagħti l-aħħar tislima lill-
President Emeritus Guido de Marco, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta

10.35a.m. - Il-Prim Ministru ta’ l-Istat tal-Kuwait jaghti tislima ta’ rispett lill- President Emeritus Guido de Marco, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.

2.40p.m. - Il-Korteo Statali jitlaq mill-Palazz tal-President għall-Kon-Katidral ta’ San Gwann fuq katafalk tal-Forzi Armati.

3.05p.m. - Il-Korteo Statali jasal il-Kon-Katidral ta’ San Gwann.

3.15p.m. - Wasla tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati il-Brigadier Martin Xuereb.

3.15p.m. - Wasla tal-Prim Ministru tal-Kuwait, HH Sheikh Nasser Mohammed al-Ahmed Al-Jaber Al-Sabah.

3.18p.m. - Wasla tal-Arcisqof ta’ Malta, l-ET Mons. Pawl Cremona.

3.22p.m. - Wasla tal-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi.

3.25p.m. - Wasla tal-President ta’ Malta u s-Sinjura Abela.

3.30p.m. - Quddiesa praesente cadavere fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann immexxija mill- ET Mons. Pawl Cremona, Arcisqof ta’ Malta.



4.45pm : Il-Korteo Statali jitlaq mill-Kon-Katidral ta’ San Gwann għall-quddiem il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana u jgħaddi minn :

Triq San Gwann
Triq il-Merkanti
Pjazza Kastilja
Vjal Gilormu Cassar
Monument tal-Gwerra


Il-korteo funebri fi triqtu lejn ic-Cimiterju tal-Addolorata ser jgħaddi minn :

Triq Sant’ Anna, Furjana
Blata l-Bajda
Triq San Guzepp, Hamrun
Quddiem il-Kazin tal-Hamrun Liberty
Quddiem il-Kazin tal-Hamrun Spartans
Quddiem il-Kazin San Gejtanu
Quddiem il-Knisja Parrokjali
Quddiem il-Kazin San Guzepp
Triq il-Kbira San Guzepp, Sta. Venera



Wara l-Funeral ikompli f’forma strettament privata.

Il-Bnadar fuq bini pubbliku u bini iehor ghandhom jibqghu mezz’asta matul il-granet tat-Tnejn 16 ta’ Awwissu.

Thursday, August 12, 2010

Imut il-President Emeritus Prof. Guido De Marco


Il-President Emeritus, Prof. Guido de Marco, miet fl-Isptar Mater Dei fl-4.18 p.m. fl-eta’ta’ 79 sena ikkonfortat mis-Sagramenti Mqaddsa u mdawwar mill-membri tal-familja tiegħu.

Dettalji tal-funeral jitthabbru aktar tard.

Wednesday, August 11, 2010

END OF PANDEMIC

The World Health Organisation has determined that the world is no longer in an influenza pandemic and therefore terminated the public health emergency of international concern. This decision has been taken by the Director General of the WHO on the advice of the Emergency Committee appointed by WHO to monitor the Influenza activity globally.
As we now enter the post-pandemic period, this does not mean that the H1N1 virus has gone away. Based on experience with past pandemics, it is expected that the H1N1 virus takes on the behaviour of a seasonal influenza virus and continues to circulate for some years to come.
The Department of Public Health Regulation notes that with the cooperation of many people we have managed to take all the necessary actions to successfully mitigate the effects of this pandemic. The Department will continue with its monitoring activities for influenza viruses as it has done over the past years.

The general public is reminded that the precautions for the prevention of spread of disease so strongly advised during the pandemic are still recommended since these are good preventive practices which should be encouraged.

Sunday, August 1, 2010

ĠLIEDA KONTRA L-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI


“L-anzjani huma l-pilastru prinċipali tas-soċjeta`.” Hekk stqarr is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, l-Onor. Mario Galea waqt id-diskors tal-għeluq meta kien qed jieħu sehem fil-konferenza organizzata bħala parti mill-attivitajiet għas-Sena 2010 fil-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li f’pajjiżna r-rata tat-twelid qiegħda tonqos. In-nies qed jgħixu aktar u dan ifisser li n-numru ta’ anzjani fis-soċjetà qiegħed dejjem jikber. L-Onor. Galea żied jgħid li min-naħa l-oħra r-rata ta’ mortalità fir-Residenza ta’San Vinċenz qed dejjem tonqos.

L-Onor. Galea semma li tul is-sena li għaddiet tlesta l-proġett tal-Blokka Ġwanni Pawlu II., binja qadima li ġiet trasformata f’waħda moderna u attrezzata biex tilqa’ fiha 144 resident. Għall-ewwel darba hemm żewġ swali mibnija u attrezzati (48 sodda) apposta għall-persuni li jbatu bid-dimensja. Dan huwa investiment ta’ 9 miljun ewro.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li f’Malta nistmaw li hawn 4,500 persuna li għandhom id-dimensja. Il-projections għas-sena 2025 juru li n-numru ta’ nies li jbatu bid-dimensja kważi se jirdoppja u jitla’ għal 6,345. F’dan il-qasam saru ħafna inizjattivi fosthom:
 Sar taħrig lill-ħaddiema fid-djar tal-anzjani tal-Gvern dwar il-kura tad-dimensja.
 Ġie ppubblikat ktieb, miktub minn Trevor Zahra, bl-iskop li jgħin lit-tfal jifhmu aktar x’inhi l-kundizzjoni tad-dimensja.
 Flimkien mal-Malta Dementia Society twaqqaf helpline (22081826) biex jagħti appoġġ lil min qed jieħu ħsieb persuni bid-dimensja.
 Twaqqaf Kumitat magħmul minn professjonisti bl-iskop li jħejji Strateġija Nazzjonali dwar id-Dimensja.
 Infetħu l-ewwel żewġt iswali għall-persuni li għandhom id-dimensja ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul.

Minħabba l-bidliet fis-soċjetà, hemm bżonn li nżidu l-promozzjoni dwar il-kunċett li jissejjaħ “healthy aging”. L-Onor. Galea tenna li fil-prattika dan ifisser li noħolqu opportuntajiet biex l-anzjani jkollhom parti attiva fi ħdan is-soċjetà, filwaqt li jgħixu kwalità ta’ ħajja tajba u jibqgħu indipendenti kemm jista’ jkun. “Irridu nħarsu lejn anzjani attivi, bħall-anzjani li qed jkollhom l-opportunita jitgħallmu l-kompjuter fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum”.

Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea temm jgħid li lejn l-anzjani għandna dejn kbir u ghalhekk huma ħaqqhom kull rispett.

JINFETAĦ IL-MULTI-SENSORY ROOM FIL-YOUNG PEOPLE'S UNIT


Hawnhekk ninsabu f’parti sensittiva ħafna tal-Isptar Monte Karmeli – il-Young Peoples Unit (YPU). Sensittiv minħabba li l-persuni li jirċievu l-kura hawnekk huma persuni żgħar fl-età, ilkoll b’futur quddiemhom li jiddependi ħafna mill-kura li jirċievu. Fil-YPU tim multidixxiplinarju li jikkonsisti minn konsulenti, psikjatri, tobba, infermiera, occupational therapist, social workers u għalliema, jikkuraw adoloxxenti sa l-età ta’ 16-il sena.

Fil-post hawn 8 sodod, u l-post kif tistgħu taraw huwa mqassam bħalma tkun imqassma dar. Hawn ukoll klassi żgħira b’teacher full-time u Learning Support Assistant full-time ukoll, kamra għall-occupational therapy, ġnien, u post fejn iż-żgħażagħ jieħu ħsieb l-annimali.

Iż-żgħażagħ jiġu riferuti l-YPU minħabba kundizzjonijiet li jirrikjedu kura partikolari li tista’ tingħata f’ambjent kontrollat. Kontrollat hawnhekk tfisser ambjent li fih iż-żagħżugħ jew żagħżugħa jkun aktar protett mill-periklu.

L-iskop tal-Young Peoples Unit huwa dak li permezz tal-kura u tat-terapija, u anke permezz ta’ tagħlim, iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jmorru jgħixu lura fil-komunità kemm jista’ jkun malajr.

Il-Multi Sensory Room li issa tifforma parti mill-YPU għandha l-iskop li tikkalma l-persuna imma wkoll li tistimula s-sensi. Kultant waqt li tkun qed tingħata l-kura, iż-żgħażagħ jaġitaw irwieħhom u l-professjonisti li jaħdmu hawn ikollhom jużaw dak li bl-ingliż jissejjaħ Time Out, sakemm il-persuna tikkalma.

Permezz tal-Multi Sensory Room issa nistgħu nkunu aktar proattivi fil-kura tagħna u minflok li l-persuna titneħħa minn mal-kumplament taż-żgħażagħ, ikun possibbli li l-persuna tinġieb fil-kamra ħalli tirrilassa filwaqt li fl-istess ħin jiġu stimulati sensi oħra.

L-art u l-ħitan tal-Multi Sensory Room huma kkuluriti bojod u beige, is-saqaf huwa lewn is-sħab u b’dawk li jissejħu star lights. Id-dawl fil-kamra jista’ jitbaxxa u jogħla skont kif ikun mixtieq filwaqt li permezz ta’ projector jista jinħoloq xenarju rilassanti. Hawn ukoll water bubble column u mużika rilassanti fil-background.

Dan kollu, kif wieħed jista’ jimmaġina, joħloq ambjent rilassanti. Fil-fatt iż-żgħażagħ diġà bdew jużaw il-kamra u jien infurmat li din it-tip ta’ terapija diġà qed tħalli l-frott.

Dan huwa pass ieħor importanti mhux għall-isptar biss imma b’mod speċjali għal dawn iż-żgħażagħ.

Nagħlaq billi nirringrazzja lill-isponsors li huma:

• Daniel Delicata Memorial Association
• Northway Brokers Ltd & Northway Brokers employees
• Friends of Mt Carmel Hospital Society
• HSBC Cares for Children Fund