Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` flimkien mal-Isptar Monte Karmeli qiegħed jistieden lil min hu interessat sabiex japplika għall-kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jwassal għal ċertifikat ta’ Care Assistant fil-qasam tas-Saħħa Mentali.
Dan il-Kors ta’ erba’ xhur full time se jibda fil-11 ta’ Ottubru 2010. It-taħriġ teoretiku u prattiku jsir mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
L-applikazzjonijiet iridu jaslu personalment minn nhar it-Tnejn, 6 ta’ Settembru 2010 sal-Ħamis, 16 ta’ Settembru 2010 bejn id-9.00 a.m. u l-12.00 p.m. fis-sezzjoni tal-Accounts, Sptar Monte Karmeli, Ħ’Attard.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru minn Nurse Education Unit fl-Isptar Monte Karmeli.
Importanti li ma’ kull applikazzjoni wieħed jinkludi Kondotta tal-Pulizija, School Leaving Certificate, kif ukoll kopji taċ-Ċertifikati Akkademiċi. Irid isir ukoll pagament ta’ €75 li jingħata lura jekk il-persuna ma tintgħażilx biex issegwi l-kors. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel fuq: 2330 4246 / 2330 4247 / 2330 4248.
Dan huwa l-ewwel kors ta’ din ix-xorta, u qiegħed isir sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi fil-qasam tas-saħħa mentali f’pajjiżna.
No comments:
Post a Comment