Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Thursday, October 7, 2010

SEMINAR TA’ QABEL L-IRTIRAR GĦALL-ĦADDIEMA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL


Waqt seminar organizzat mill-Għaqda Soċjali tal-Impjegati tar-Residenza San Vinċenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor Mario Galea, irringrazzja lill-ħaddiema kollha u qal li dan is-seminar kien anke mezz prattiku ta’ kif dan ir-ringrazzjament jieħu l-ħajja.


L-Onor Galea qal li minkejja li, b’mod naturali, naħsbu kemm il-darba dwar l-irtirar, ftit li xejn inkunu ppreparati għal dak il-mument. Filwaqt li wħud jiddeċiedu li jkomplu jaħdmu, oħrajn jinvolvu ruħhom f’għaqdiet volontarji.

Sabiex l-ħaddiema japprezzaw u jirrealizzaw aħjar dak li huma stess wettqu matul is-snin ta’ ħidma li taw fir-Residenza, l-Onor Galea stieden lil dawk preżenti biex jiftakru fl-ewwel jum ta’ ħidma fir-residenza u jqabblu dik l-istampa mar-realta’ tal-lum. Id-differenza pożittiva kemm fil-prattiċi u metodi, imma wkoll fil-mod kif topera r-residenza huma kollha frott l-użu ta’ l-esperjenza miksuba mill-ħaddiem.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lill-ħaddiema sabiex jibqgħu attivi wara li jirtiraw filwaqt li rringrazzjahom tax-xogħol kollu mwettaq għall-ġid tal-anzjani li għexu fir-Residenza.

Matul is-seminar saru diskussjonijiet dwar is-saħħa, l-pensjoni u benefiċċji wara l-irtirar, il-liġi Maltija u l-Anzjani, u l-Volontarjat.

Tibda l-kampanja ta informazzjoni dwar is-Sahha Mentali minn MCH

l-isptar Monte Karmeli qieghed jorganizza diversi stands ta informazzjoni f'postijiet differenti, sabiex titwassal aktar informazzjoni dwar is-sahha mentali.

Dan kollu qieghed isir b'rabta mal-Jum dedikat ghas-Sahha Mentali li ser tigi ccelebrata il-Hadd li gej, 10 ta' Ottubru 2010.




Tuesday, October 5, 2010

Numri mir-Residenza San Vincenz De Paul




Sa tmiem is-sena 2009, in-numru ta’ persuni anzjani residenti f’San Vinċenz De Paul kien jammonta għal 1,012, li minnhom 713 huma nisa waqt li 299 huma rġiel. Ta’ min jgħid li hemm 64 (6.3%) resident taħt is-sittin sena, b’34 (3.15%) nisa u 34 (3.15%) irġiel.

San Vinċenz De Paul kompla jinvesti fir-Riżorsi Umani tiegħu bil-għan li jtejjeb is-servizzi fi sforz biex ikun hemm programm ta’ titjib kontinwu fil-kwalita` tal-istess servizzi. Irid jingħad li sa tmiem is-sena 2009 kien hemm xejn anqas minn 934 impjegat li kienu qed jaħdmu fl-istess Residenza.


TGĦALLEM AKTAR, ITTIMBRA INQAS


Fl-okkazjoni tal-Jum dedikat għas-saħħa mentali, li se jiġi ċċelebrat il-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2010, diversi professjonisti mill-isptar Monte Karmeli se jkunu qed jiltaqgħu mal-pubbliku sabiex titwassal aktar informazzjon dwar is-saħħa mentali.

 
Bit-tema “Tgħallem Aktar, Ittimbra Inqas”, din il-kampanja ta’ informazzjoni se tibda nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ottubru 2010 u tibqa’ sejra sal-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2010.

 
Matul is-snin, l-Isptar Monte Karmeli, permezz ta’ professjonisti varji, kiseb u uża esperjenza li issa qed tintuża wkoll barra mill-isptar, fil-komunita’. Dan issarraf f’eluf ta’ persuni li qed jingħataw il-kura li għandhom bżonn fl-istess, jew qrib, komunita’ li huma jgħixu fiha.

 
L-isptar huwa wkoll kommess li jara li l-istigma li taffettwa l-dan is-settur tkompli titnaqqas; u li tingħata informazzjoni f’waqta u ta' min joqgħod fuqha huwa l-aktar mezz effikaċi.

 
Għalhekk, il-professjonisti tal-Isptar Monte Karmeli se jkunu f’dawn il-postijiet li ġejjin, biex jagħtu informazzjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-pubbliku:

 
  • 7 u 8 ta' Ottubru bejn it-8:00am u l-5pm - Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’, Merchants Street, il-Belt Valletta
  • 7 u 8 ta' Ottubru bejn id-9am u is-7pm u 9 ta' Ottubru bejn id-9am u is- 1pm – Pjazza Assedju l-Kbir (faċċata tal-Qorti), il-Belt Valletta
  • 8 u 9 ta' Ottubru bejn l-10:00am u 7:30pm – The Point, Tigne’, Tas-Sliema
  • 9 u 10 ta'Ottubru bejn l-10am u 8pm – Baystreet, Paceville.
  • 6, 7, 8, 9, 10 ta' Ottubru - Qabel il-kunċert ta’ Voices, f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, fil- Belt Valletta.
  • 9 ta' Ottubru bejn it-3pm u l-10pm u l-10 ta' Ottubru bejn 9am u 10pm - fil-Fiera tal-Hut Tropikali, fl-Isptar Monte Karmeli.

Sunday, October 3, 2010

Tahrig Dwar id-Dimensja

Il-Kumitat li ħadem fuq is-swali tad-Dimensja offra programm ta’ taħriġ għall-istaff li kien interresat jaħdem f’dawn l-istess swali. F’dan il-kors ġew introdotti sistemi ġodda ta’ kura li tista’ tingħata lill-pazjenti.


Beda jiġi organizzat kors dwar id-dimensja għall-care workers li jaħdmu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern. Il-care workers qed jingħataw l-opportunita` li jsegwu dan il-kors sabiex jiżviluppaw aħjar il-ħiliet tagħhom. B’hekk ikunu jistgħu jtejbu l-prattiċi ta’ kif jieħdu ħsieb persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni.

400 persuna jiehsu sehem fil-fun run u fit-tellieqa

Ftit aktar minn 400 persuna hadu sehem fil fun run ta kilometru u fit-tellieqa ta hames kilometri organizzata mis-Saint Vincent De Paul Running Group.   L-attivita, li saret grazzi ghall-ghajununa mill-Kunsill Malti ghall-Isport.

Friday, October 1, 2010

62,961 IKLA JITWASSLU FID-DJAR TAL-ANZJANI


Fl-okkażjoni tal-jum ddedikat għall-anzjani, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ l-Onor. Mario Galea wassal ikla mis-servizz Meals on Wheels lis-Sinjura Maryanne Meilaq li ilha tuża s-servizz għal numru ta’ snin.


L-Onor Galea qal li dan is-servizz huwa ta’ għajnuna kbira għall-anzjani li jgħixu fil-komunita’, peress li jevita x-xogħol, il-preparamenti u kultant perikli relatati mat-tisjir. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ikel kollu jissajjar mill-kokien professjonali mpjegati tar-Residenza San Vinċenz De Paul, filwaqt li jitwassal fid-djar tal-anzjani mill-Maltese Cross Corps.

Is-Sinjura Meilaq spjegat kif is-servizz tal-Meals on Wheels jgħina wkoll tibqa’ attiva fis-soċjeta’. Hi qalet li flok toqgħod taħseb x’se ssajjar, tmur tixtri l-ingredjenti u ssajjar qed tirċievi ikel tajjeb fid-dar tagħha, filwaqt li jkollha aktar ħin biex tattendi laqgħat jew attivitajiet varji.

Is-Sinjura Meilaq irrimarkat li minkejja li ilha snin tuża s-servizz tal-Meals on Wheels, din kienet l-ewwel darba li kellha l-opprtunita’ li tiltaqa’ mal-kokien li jsajru l-ikel tagħha.

In-numru ta’ anzjani li qegħdin jagħmlu użu mis-servizz qiegħed dejjem jiżdied. Fil-fatt, filwaqt li matul l-2009 tqassmu 76,607 ikla, matul din is-sena (sal-lum) tqassmu 55,297 ikla. Dan ifisser żieda ta’ 7,664 ikla fuq l-istess perijodu tas-sena li għaddiet.

Dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizz illum ingħataw ukoll hamper żgħir fl-okkażjoni ta’ Jum L-Anzjani.