Ġew imħarrġa 130 membru tal-istaff fuq il-kura tad-dimensja minn esperti li nġibu apposta mill-Universita` ta’ Stirling fl-Iskozja, liema Universita` tispeċjalizza fuq din il-kundizzjoni.
Ġie ppublikat ktieb li tqassam lill-membri tal-istaff fuq il-kura tad-dimensja.
Tħejja ktieb bi stejjer sempliċi għat-tfal minn Trevor Zahra, biex jgħin lit-tfal jifhmu aktar x’inhi l-kundizzjoni tad-dimensja. Dan il-ktieb tqassam lit-tfal kollha li jattendu sitt sena tal-iskola tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat. L-għan hu li permezz tat-tfal nilħqu lill-ġenituri.
Is-Segretarjat għamel kuntatt mal-Kulleġġ tal-Kappillani biex permezz tal-paroċċi nilħqu u nagħtu appoġġ lill-qraba li qed jieħdu ħsieb anzjani billi noffru lectures fuq id-dimensja, waqgħat, abbuzi, fire awarness, nutrizzjoni, servizzi tal-anzjani u saħħa mentali.
Flimkien mal-Malta Dementia Society twaqqaf helpline bin-numru 22081826 biex jgħin u jagħti appoġġ lil min qed jieħu ħsieb il-pazjenti bid-dimensja.
No comments:
Post a Comment