Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Wednesday, June 16, 2010

ID-DUAL DIAGNOSIS UNIT FL-ISPTAR MONTE KARMELI


F’din il-Unit, li oriġinarjament kienet infetħet fl-2004, tingħata kura lill-persuni li għandhom mard kroniku ta’ saħħa mentali kif ukoll ta’ abbuż minn droga. Matul dawn is-snin madwar 140 persuna fis-sena ħadu l-kura minn din il-unit.

Il-Kura tingħata minn tim multi dixxiplinarju (li jinkludi consultant psychiatrist, medical house officers, psikologu, social worker, occupational therapists, nurses) li jgħinu lill-pazjent matul dak li jista’ jkun l-agħar perijodu ta’ ħajtu.

F’dan il-mument huwa kruċjali li l-pazjent jistabbilizza ħajtu u allura, fost oħrajn il-kura tinvolvi:



  • Għajnuna lill-pazjent sabiex jimxi ma’ time-table

  • l-involviment tal-pazjent f’faċendi bażiċi ta’ kuljum li jkun hemm bżonn f’dar normali
    għajnuna f’abbilitajiet differenti li jinkludu wkoll ir-responsabilita’

  • parteċipazzjoni f’laqgħat terapewtiċi fi grupp

  • kura personali.

F'Ottubru tas-sena li għaddiet ġie inawgurat ta’ tisbieħ b'investiment ta’ € 141,036. Dan issarraf f’ambjent isbaħ u aktar adattat kif ukoll f’żieda ta’ 2 sodod oħra biex issa id-DDU takkomoda 8 sodod

Żdiedet ukoll is-sigurtà bl-installazzjoni ta’ security cameras li huma ta’ bżonn minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari tal-pazjenti. Il-pantry wkoll hija ikbar milli kienet u illum għandha aktar ambjent ta’ dar.

No comments:

Post a Comment