Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Wednesday, June 16, 2010

IMNIEDI L-KTEJJEB DWAR IL-WAQGĦAT “HU AZZJONI ISSA! EVITA L-WAQGĦAT”



Fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu organizzati diversi seminars mill-Community Home Advisory Committee f’diversi djar tal-anzjani. Fl-ewwel seminar li sar fl-14 ta` Mejju 2010 fid-Dar tal-Anzjani fiż-Żejtun, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`, l-Onor. Mario Galea saħaq kemm huma komuni l-waqgħat fl-anzjani.

Għal dan il-għan, is-Segretarju Parlamentari Mario Galea nieda ktejjeb bl-isem ta’ ‘Ħu Azzjoni Issa! Evita l-Waqgħat’. Il-ktejjeb jagħti diversi suġġerimenti kif l-anzjani jistgħu jevitaw il-waqgħat.

Is-Segretarju Parlamentari qal li anzjani f’saħħithom ukoll jistgħu jaqgħu u jweġġgħu serjament. Dan il-ktejjeb joffri suġġerimenti bażiċi li jafu jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta’ kuljum ta’ l-anzjani. Anzjani ta’ 65 sena ’l fuq huma f’riskju akbar li jaqgħu u jweġġgħu u f’ċerti każi anke jmutu minħabba l-waqgħa li jkunu sofrew.

Is-Segretarju Parlamentari Galea irringrazzja l-grupp multi-dixxiplinarju tal-Falls Prevention Task Group li ħadem fuq dan il-ktejjeb.

Dan il-ktejjeb se jitqassam fiċ-ċentri tas-saħħa kollha, fid-djar tal-anzjani, fl-isptarijiet u fid-Dipartiment tal-Anzjani.

No comments:

Post a Comment