Merħba
Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.
Tuesday, June 22, 2010
IKOMPLI L-PROĊESS TA’ MMODERNIZZAR FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
Bil-għan li dejjem ikompli jitjieb is-servizz li jingħata mir-Residenza San Vinċenz de Paul, qed isir ħafna xogħol kemm fil-qasam edukattiv, kif wkoll fis-swali differenti tal-istess Residenza. Għalhekk, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed ikompli bil-proċess ta’ mmodernizzar.
B’dan il-ħsieb, inbeda x-xogħol fuq sala antika sabiex tiġi modernizzata u tibda tintuża bħala Multi-purpose Hall. F’din il-Multipurpose Hall, l-istudenti se jkollhom aktar spazju u kumditajiet neċessarji għat-taħriġ tagħhom. Fil-fatt, minn din is-sena, dawk li se jattendu għall-korsijiet tal-Care Assistants se jibbenefikaw minn din is-sala.
Is-Segretarjat ħaseb ukoll li jibni Resource Centre għall-ħaddiema tar-Residenza. L-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa dak li l-ħaddiema jkollhom il-possibiltà li jibqgħu aġġornati mal-aħħar żviluppi fis-settur tagħhom. F’dan iċ-Ċentru se jkun hemm kompjuters, aċċess għall-internet, librerija u materjal ieħor ta’ użu għal dawk li jiġu bżonnu.
Minħabba li n-numru ta’ anzjani li jidħlu f’din ir-Residenza qiegħed dejjem jiżdied, is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità kompla bix-xogħol ta’ immodernizzar fis-swali tal-irġiel u numru ta’ swali oħra.
Fejn qabel San Vinċenz de Paul kien meqjus bħala tabù, illum il-ġurnata hawn talba kbira mingħand l-anzjani biex jidħlu f’din ir-Residenza. Bix-xogħlijiet kollha li saru, din ir-Residenza saret aktar komda u aċċessibbli.
Labels:
anzjani,
malta,
mario galea,
segretarjat,
svpr,
swali
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment