Merħba

Nilqgħukom fil-Blog tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`. L-għan ta’ dan il-Blog hu Ii nżommuk aġġornat dwar dak li jkun għaddej fl-oqsma tal-Anzjani u Saħħa Mentali li tagħhom hu responsabbli dan is-Segretarjat.

Thursday, June 24, 2010

IS-SWALI SANTA BERNADETTA U SAN GORG PRECA


F’Novembru li ghadda ġew inawgurati żewġ swali ġodda għall-Anzjani fl-Isptar Monte Karmeli b’investiment ta’ € 1,965,800.

Is-swali San Ġorġ Preca u Santa Bernardetta ġew miftuħa mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ Hon Mario Galea, li spjega li f’dan il-proġett bini pjuttost qadim inbidel għall-kollox biex issa lest biex jilqa fiħ 63 anzjan/a.

Fil-fatt dawn is-swali huma kompletament differenti milli kienu sas-sena li għaddiet. Filwaqt li l-ewwel sular kien iservi bħala sala qadima, is-sular t’isfel kien maħżen u partijiet minnu kienu workshops.

Wara li fl-2006 kien sar proġett simili fis-swali St Jean Antide, li fihom inħoloq post għal 34 sodda ġdida, ġie deċiz li jsir investiment anke f’dan il-bini. L-iskop kien li sezzjoni mill-kumpless Monte Karmeli li kienet pjuttost qadima, titranġa u tibda tintuża għal anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul.

Dan il-proġett huwa mifrux fuq 2 sulari li jipprovdu akkomodazzjoni ta’ 29 sodda fis-sular ta’ fuq u 34 sodda f’dan il-sular, għal total ta’ 63 sodda.

Il-faċilitajiet jinkludu:

• 2 kmamar tal-ikel kbar wahda fuq u l-ohra isfel;
• 2 atriums imdawwla fuq u kuruturi wiesa isfel;
• 2 staff rooms, 2 nursing stations, kamra ghat-tabib u ghall-konsulent;
• 2 treatment rooms, 2 pantries, 2 sluice rooms kif ukoll kmamar ghal-fattigi;
• bitħa mdaqqsa li ġiet modernizzata u issa lesta biex tintuza mir-residenti.

Ittieħdu wkoll diversi miżuri ambjentali li permezz tagħhom se jiġi mħares l-ambjent u wkoll imnaqqsa l-ispejjez kurrenti.

Fost dawn il-mizuri insibu:

• l-użu ta’ ħġieġ doppju magħruf bħal “double galzing” biex iservi ta’ insulation;
• twieqi kbar biex jonqos il-bżonn ta’ dawl artifiċjali fil-ħinijiet tax-xemx;
• l-istallazzjoni ta’ energy saving lights (bozoz li jikkunsmaw ftit dawl)
• l-użu ta’ power factor correction system, (sistema nnovattiva li tirriduċi il-konsum tad-dawl għall-livelli minimi).
• sistema ta’ arja kundizjonata effiċjenti ħafna

No comments:

Post a Comment